Kif Taħdem
L-Isfida Tagħna
In-nies isofru fis-skiet għalxejn. Ma jaħdmux tajjeb daqskemm ikollhom il-ħila. Jaħlu l-ġurnata tagħhom iterrqu kiebja u miżerabbli fil-ħajja meta jistgħu jkunu maħbubin, joffru l-imħabba huma and jagħmlu ħafna iktar. Iħossuhom maqbudin u iebsa. Iħossuhom li ma jkunux jistgħu jgħixu imma biss jeżistu. Iħossu li l-ħajja tweżinhom ’l isfel u jikkonvinċu ruħhom li m’humiex tajbin biżżejjed waqt li jiċċassaw lejn il-bqija tad-dinja għaddejja ħafifa mal-ġurnata b’entużjażmu u enerġija kkuluriti. Jaqsmulek qalbek xi wħud li jikkontemplaw is-suwiċidju. Il-familjari u l-ħbieb tagħhom ħafna drabi jkunu mifnija huma wkoll, jippruvaw għal kemm il-darba jagħtu l-għajnuna meta huma wkoll jistgħu ma jkunux fi stat psikoloġiku tajjeb. Dejjem iżidu fis-swied il-qalb u jiddispraw għaliex donnu li xejn ma jkun jista’ jgħinhom.
Qalbna tingħafas għal kull wieħed u waħda minnhom. Huma kollha speċjali bil-mod tagħhom. Jixirqilhom ikunu ferħanin. Jixirqilhom jgħixu ħajjithom bis-sħiħ għaliex il-ħajja hi sabiħa. Aħna ta’ tmsmalta.com irridu ngħinuhom biex iħossuhom aħjar. Irriduhom jgħixu u jgħixu sew! Din hi l-isfida li aħna naqsmu magħhom u mal-maħbubin tagħhom u aħna nagħmlu kulma nistgħu biex ngħinuk tgħix sew.


Is-Soluzzjoni Tagħna
Allura, x’inhi s-soluzzjoni? Biex insibu soluzzjoni rridu niftakru li hemm xi trattamenti li f’xi nies ma jaħdmux. Iktar minhekk, il-mediċina tista’ tikkawża xi effetti li ma jkunux ta’ ġid għall-persuna bħalma hi ż-żieda fil-piż jew li ma jkunux jistgħu jopraw mal-mara/raġel tagħhom. Ħadd ma jrid dawn l-effetti. Imbagħad hemm oħrajn li ma jkunux jixtiequ jieħdu l-mediċini tradizzjonali jew li jagħmlu terapiji oħrajn għalkemm ikunu ta’ livell.
Jistgħu jixxenqu għal trattament bla ma jkollhom bżonn li jiddaħħal xi strument f’ġisimhom, trattament li jkun naturali u rapidu, fejn ma tkun illupjat f’ebda ħin tal-proċess u peress li tħossok aħjar malajr tkun tista’ tkompli mal-ħajja mill-ewwel wara t-trattament. Prattika professjonali tajba tobbligana li nisimgħu lil dawn in-nies b’attenzjoni u li nirrispettaw kif jaraw is-sitwazzjoni.
Dawn huma kollha raġunijiet għaliex 40 sena ilu tnisslet it-teknoloġija moderna TMS. TMS toffri soluzzjoni effikaċi u bla ħsara lil dawn il-pazjenti kollha. Tista’ tindirizzalhom il-ħsibijiet tagħhom u tissodisfalhom ħafna mit-talbiet tagħhom. TMS hi s-soluzzjoni mibnija fuq evidenza li timmassimizza l-fejqan bl-approċċ innovattiv tagħna.
L-Approċċ tagħna
Minn malli fl-2016 bdejna nużaw it-teknoloġija TMS Neuromodulation f’pajjiżna fil-klinika tagħna f’Birkirkara, bdejna naddottaw l-approċċ tagħna four-pillar jew sistema magħquda minn sitwazzjonijiet varji, li hu approċċ mibni fuq l-evidenza. Dan jikkonsisti minn 1. it-tibdiliet fl-istil tal-ħajja, 2. it-terapija psikoloġika, 3. il-mediċina u 4. it-TMS. Dawn l-erba’ komponenti individwali, imħalltin flimkien, għandhom effett sinerġistiku fuq il-persuna u l-għeżież tagħha. Dan ifisser li meta tħaddem dawn l-erba’ komponenti flimkien iwasslu għal rizultati aħjar milli kieku ġew imħaddma wieħed wieħed. Tabilħaqq, TMS tista’ tagħti spinta lit-trattamenti ta’ qabel jew anki li ma jkunx hemm bżonnhom iktar jiddependi mill-istampa klinika.
Aħna ta’ TMS dejjem nitrawmu u spiss inkunu f’kuntatt mal-esperti dinjija tat-TMS biex dejjem inħaddmu protokolli TMS aġġornati. Dawn il-protokolli jimmirraw partijiet speċifiċi tal-moħħ li jkunu involuti fis-sintomi li jkunu qedjiġu ttrattati. Il-benefiċċju ta’ dil-forma ta’ trattament hi li mhux biss tnaqas is-sintomi li jkunu qed jiġu ttrattati mingħajr tista’ tgħid bla ebda effett barrani, imma ta’ spiss jista’ jkun hemm drabi meta jneħħi l-bżonn tal- mediċina għal kollox.
Flimkien mal-istil tal-ħajja, mediċina u psikoterapija, it-TMS tista’ toffri tnaqqis mgħaġġel fis-sintomi ta’ kondizzjonijiet partikulari li wieħed jista’ jkollu. It-TMS tista’ wkoll tgħin fis-sintomi speċjalment f’dawk il-pazjenti li kellhom rispons parzjali għall-mediċina u/jew terapiji oħrajn.

3 Passi lejn il-benesseri iktar pożittiv

L-Ewwel Pass
Issir l-ewwel konsulta mal-istaff tal-klinika tat-TMS, u nagħmlu test psikoloġiku biex naraw jekk it-TMS hux tajjeb għalik, it-tim ikompli jassessja u jiddetermina liema protokoll tat-TMS ikun jista’ jaħdem fuqek.

It-Tieni Pass
Ladarba ikun hemm preskrizzjoni, it-tim jispjegalek il-proċedura, jieħdok dawra mal-klinika u jibbukkjak għall-ewwel sessjoni tat-TMS. Ukoll inkomplu nispjegaw l-effikaċja tal-approċċ four- pillar biex il-fejqan tiegħek jiġi mmassimizzat fl-inqas żmien possibbli.

It-Tielet Pass
Is-sessjonijiet tat-trattament tat-TMS jibdew waqt li l-esperjenza kollha tkun immoniterjata mill-istaff kliniku tagħna li hu mrawwem għaldaqstant. Il-vjaġġ tiegħek għall-istat ta’ benessri iktar pożittiv ikun qed jibda!

Dat-trattament tal-avangwardja u mingħajr ma jintużaw strumenti fil-ġisem jaspira li jagħmel differenza fil-ħajja ta’ dawk l-individwi li huma miżerabbli minħabba li saħħithom ma tkunx tajba. It-tul u l-frekwenza ta’ dat-trattament ivarjaw skont il-protokoll użat u skont is-sintomi u l-kondizzjoni li jkunu qed jiġu ttrattati. Tista’ tgħid li m’hemm l-ebda effetti kollaterali meta tagħmel it-TMS u wieħed jista’ jerġa’ lura għar-rutina normali tal-ġurnata immedjatament wara s-sessjoni.
Waqt li jkun qed isir it-trattament il-pazjent jibqa’mqajjem, joqgħod jara vidjos ta’ rilassament jew jista’ joqgħod jaqra. B’danakollu, interventi varji bħalma huma terapija dinamika simultanja, eżerċizzji online għall-moħħ (konjittivi) jew testijiet biex juru li s-sintomi ġejjin għall-aħjar jistgħu jsiru simultanjament waqt is-sessjonijiet tat-TMS. Għal dawk li jkunu jridu jnaqqsu mill-konsum tal-alkoħol jew abbuż mid-droga, aħna nuruhom vidjos li ‘jipprovokaw’ il-moħħ biex ikun irid jieħu dik id-droga partikolari jew l-alkoħol li jkunu jixorbu. Imbagħad, aħna nużaw protokoll TMS speċjali biex fl-istess ħin nagħmlu t-tentazzjoni inqas intensa. Dawn u protokolli oħrajn huma ddisinnjati għalik biex tieħu vantaġġ sħiħ mill-esperjenza tat-TMS.
Ir-riċerka wriet illi magħquda ma’ terapiji oħrajn, it-TMS għandha effett li jagħmel titjib biex in-nies iħossuhom aħjar malajr. Rapporti anedottali minn mijiet ta’ pazjenti li ġa kellna fil-passat juru illu grazzi għas-sistema four-pillar, in-nies iħossuhom xi ftit aħjar sa minn sagħtejn wara t-trattament. Mhux biss. Huma jgħidu illi il-kwalità tal-irqad tagħhom titjieb u illi meta jqumu ġeneralment ikunu f’burdati aħjar u jħossuhom iktar enerġiċi biex jiffaċċjaw il-ġurnata ta’ quddiemhom. Kif urejna iktar ’il fuq, għall-aqwa riżultati, is-sessjonijiet tat-trattament iridu bilfors ikunu ripetuti kull tant żmien li jiddependi mill-protokoll TMS użat u flimkien mal-approċċ four-pillar.
Dr. Xuereb u t-tim tiegħu jaspiraw li jagħtu kwalità prima, protokolli TMS mibnijin fuq evidenza illi eventwalment ikunu wżati bħala t-trattament tal-bidu għas-sitwazzjonijiet psikoloġiċi, meta tqis li tista’ tgħid ma jkun hemm l-ebda effett barrani, u mekkaniżmu rapidu ta’ azzjoni.
Ta’ Spiss Tistaqsuna
X'inhi TMS?
Stimulazzjoni Manjetika Transkranika (TMS) hi trattament rivoluzzjonarju, bla wġigħ u llokalizzat li jsir fi klinika barra minn sptar fejn sensiela ta’ impulsi manjetiċi li jkunu qosra u ffokati jolqtu partijiet tal-moħħ. Dawn il-mewġiet manjetiċi iservu sabiex jiffaċilitaw jew jipprevenu funzjoni fiċ-ċellula tal-moħħ (newroni) billi jintużaw prinċipji naturali. Il-persuna tibqa’ mqajma matul il-proċedura li tista’ tieħu minn 3 minuti sa bosta minuti.
Għalxiex tintuża t-TMS?
Kif wieħed jista’ jara iktar ’il fuq, it-TMS għandha numru kulma jmur jiżdied ta’ applikazzjonijiet kliniċi (u riċerka). Hemm faxxa ta’ evidenza xjentifika kulma jmur tiżdied ta’ evidenza internazzjonali biex tagħti rimedji sew psikoloġiċi kemm fiżiċi. Is-sena l-oħra biss, PubMed, programm online li hu mediku u jgawdi fama kbira, li jfittex l-informazzjoni madwar id-dinja, wera iktar minn 2000 artiklu ta’ tfittxija fuq it-TMS (madwar 40 kull ġimgħa). L-iktar diżordnijiet komuni li jiġu ttrattati jinkludu d-Depressjoni, l-Ansjetà, id-Diżordni tal-Ossessjoni Kompulsiva, il-PTSD, l-Emikranja u l-memorja difettuża, imma t-TMS hi wżata għal ħafna iktar mard, xi kultant flimkien ma’ trattamenti oħrajn li jkunu ta’ livell, u li jirriżultaw f’effett ikbar milli kieku jintużaw wieħed wieħed, l-istess kif nagħmlu aħna fil-klinika tagħna.
Moħħna kif jaħdem?
Biex nifhmu kif taħdem it-TMS, iridu nifhmu kif jaħdem moħħ b’saħħtu. Moħħ b’saħħtu jeħtieġ li jaħdmu sew 3 funzjonijiet ewlenin: 1. Wajers li jwasslu u li nafuhom bħala nervituri jew newroni; 2. Kuntatti tan-nervituri li jqabbdu lin-newroni flimkien u dawn insejħulhom synapses u 3. Kimiċi fil-moħħ li nsejħulhom newrotransmittituri. Dawn it-tliet komponenti jridu jaħdmu sew u f’għaqda biex iżommu saħħa tajba.
Hemm madwar mitt biljun newron fil-moħħ tal-adulti. Meta moħħ jagħmel biċċa xogħol, joħroġ taħlita ta’ kurrenti elettriċi żgħar u kimiċi ma’ tul partijiet tas-sistema nervuża tiegħu. Għalhekk il-moħħ hu organu ‘elettrokimiku’ illu jiffaċilita jew jinibixxi (neuromodulates) il-funzjoni tan-nervituri u għaldaqstant jipproduċi riżultat mixtieq. In-neuromodultion tippermetti n-neuroplasticity, jiġifieri l-proċess li bih in-neural networks (arranġament ta’ linji li jiltaqgħu bejniethom sew minn fuq għal isfel kemm minn naħa għal oħra) jiżviluppaw jew jinbidlu permezz ta’ kuntatti ġodda li dejjem jiżdiedu jew b’kuntatti li jwasslu għall-forma jew qies li jkun hemm bżonn, bejn in-nervituri kollha flimkien. Dan hu b’rispons għad-dulluvju ta’ informazzjoni li l-moħħ jirċievi bla waqfien mill-ġisem stess jew mid-dinja ta’ madwarna. In-neuromodulation u n-neuroplasticity huma għalhekk tajbin għas-saħħa, u dawn jissawru waqt li aħna nitgħallmu u nakkwistaw l-esperjenza ta’ affarijiet ġodda fil-ħajja. B’mod iktar speċifiku, il-funzjoni tal-newroni hi li jittrasmettu kurrenti u kimiċi elettriċi ċkejknin ’l isfel mat-tul tagħhom kollu. Dawn il-newroni huma mqabbdin bejniethom permezz ta’ mitt triljun synapse imqiegħdin fit-truf tal-newroni. Moħħ b’saħħtu jeħtieġ network ikkoordinat ta’ nervituri ill jaħdmu (dak li jissejjaħ functional connectivity network), li tikkonduċi kurrent u kimiċi f’sinkronija permezz ta’ synapses li jgħaqqdu kollox flimkien f’serje. Dawn is-synapses huma responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-kuntatt bejn organi mal-moħħ fil-proċess. F’dawn is-synapses in-newrotransmittituri , li jipproduċuhom in-newroni, jiġu rilaxxati fi spazju bejn in-newroni, u dan jissejjaħ synaptic cleft.
In-newrotransmettitur rilaxxat jgħum fis-synaptic cleft u jilħaq ir-ras ta’ newron jew newroni oħra li jkunu ħdejh: din tissejjaħ cell body (l-istruttura prinċipali tac-celluli). Ladarba n-newrotransmettitur jolqot is-cell body ta’ nerv li jkun ħdejh, jiġi assorbit fis-cell body u jinġibed il-grillu għal kurrent elettriku ċkejken, imsejjaħ mewġa ta’ depolarizzazzjoni. Dal-kurrent jitkabbar maz-zokk tan-nerv, imsejjaħ l-axon. Meta l-kurrent jilħaq it-tarf tal-axon, dawk in-newrotrasmettituri li jkunu maħżunin hemm jiġu sussegwentement rilaxxati minn ġos-synapses li jkunu hemm fis-synaptic cleft ’il bogħod mill-qalba. In-newrotrasmettiur imbagħad jolqot cell body ieħor u l-proċess jiġi ripetut ’l isfel fl-istrutturi varji tal-moħħ biex iwettqu funzjoni fil-moħħ.
Dal-proċess bażiku segwenzjali iġiegħel partijiet tal-moħħ u organi (illi huma marbutin b’mod tali li ma jippermettux lil dan in-neuronal network jiċċaqlaq) sabiex jbiddlu l-informazzjoni, jintegrawha ma’ xi esperjenza tal-passat li tkun maħżuna u hekk twassal għar-riżultat mixtieq.
X'jiġrilu l-moħħ meta nimirdu?
Niftakru li t-tliet komponenti kollha (wajers, kuntatti, u kimiċi) huma meħtieġa li jaħdmu magħqudin flimkien biex tkun psikoloġikament u fiżikament f’sikktek kif spjegajna hawn fuq. Fil-mard komponent wieħed jew iktar ma jibqax jaħdem kif imiss.
Xi drabi, il-kimika tista’ tkun tajba imma n-nervituri jew s-synapses jistgħu ma jkunux. Din hi raġuni waħda l-għala l-pilloli jew it-terapija biss ma jaħdmux xi kultant.
It-TMS hi innovattiva għaliex tittanta tittratta t-3 komponenti tal-moħħ b’mod naturali li hu xjentifikament ippruvat. Fi kliem ieħor, meta nkunu ma nifilħux, mekkaniżmu bijoloġiku wieħed jew iktar kif imsemmi iktar ’il fuq jistgħu jiġu ddisturbati minħabba bosta fatturi, u dan jiddependi mill-marda.
In-newroni jistgħu ma jibqgħux jaħdmu sew u jinxtorbu, is-synapses jistgħu jinkisru u inqas jew eċċess ta’ kimiċi jiġu prodotti. In-neuromodulation u n-neuroplasticity ma jibqgħux jiżviluppaw u b’hekk iwaqqfu l-funzjoni tal-moħħ. B’konsekwenza, in-network ta’ konnettivita funzjonali tal-moħħ tkun fi stat diżorganizzat.
Allura t-TMS kif taħdem?
Riċerka li dejjem tiżviluppa turi illi t-TMS taf issewwi network tan-nervituri li tkun ġratilhom il-ħsara billi jagħti lura n-newroni, is-synapses u l-kimiċi bl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-fiżika naturali fuq dawn il-komponenti tal-moħħ.
Mewġiet manjenitċi li jikbru u jiċkienu b’movimenti qawwija u regolari li ma jagħmlux ħsara u li joħorġu minn coil tat-TMS jolqtu parti speċifika sottostanti tal-moħħ. Dawn il-mewġiet jinduċu kurrent elettriku ċkejken ħafna fin-newroni. Dan jikkonforma mal-Liġi ta’ Faraday dwar l-induzzjoni elettromanjetika. Bażikament dil-liġi tgħid illi meta qasam manjetiku li jinbidel ikun applikat ma’ materjal li jgħaddi l-elettriku minnu (jiġifieri newron fil-każ tagħna) dan jinduċi kurrent f’dak il-materjal li minnu jgħaddi l-elettriku. Il-Liġi ta’ Faraday kellha rwol importanti ta’ kif jinbidel id-destin mondjali fl-iżvilupp tat-teknoloġija u s-soċjetà tallum bil-biżibilju ta’ applikazzjonijiet tagħha. Minn ġeneraturi tal-elettriku u kitarri elettriċi sa hard drives u fuklari bl-induzzjoni, l-induzzjoni elettromanjetika fl-aħħar sabet post solidu mibni fuq evidenza ta’ kif tittratta marda bit-TMS.
B’hekk, daqqiet ripetuti ta’ mewġiet manjetiċi applikati mal-parti tal-moħħ jistimulaw in-nervituri sottostanti biex jibagħtu kurrent elettriku ċkejken man-nerv li jkun difettuż. Dan jerġa’ jqajjem in-nerv mir-raqda l-istess bħalma coach jerġa’ jrawwem il-muskoli dekondizzjonati ta’ atleta. Id-depolarizzazzjoni tul l-axon jerġa’ jsaħħaħ in-nerv waqt li jfejqu fil-proċess. In-newron imbagħad jerġa’ jakkwista l-kapaċità tiegħu biex jagħmel sintesi mis-synapses u l-kimiċi, fl-aħħar mill-aħħar jirranġa n-network tan-nervituri. Bażikżment, “Nerves which fire together, wire together”, qawl antik li jfisser li iktar ma ċċaqlaq neural circuit f’moħħok iktar dak il-neural circuit jissaħħaħ. Iktar minhekk, l-istimulazzjoni ta’ sit partikulari jimbotta ’l quddiem in-network kollu li jkun hemm bżonn tattiva b’tali mod li anki newroni poġġuti fil-fond tal-moħħ jiġu ffaċilitati jew inibiti bit-TMS. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ numru ta’ sessjonijiet ta’ TMS biex tasal għal dan għalkemm ħafna nies li għamlu t-TMS esperjenzaw riżultati li bidlulhom ħajjithom malajr ħafna.
X'inhuma l-benefiċċji tat-TMS?
- Trattament ippruvat xjentifikament, naturali, mingħajr l-użu ta’ strumenti fil-ġisem, jingħata biss fil-post meħtieġ, rapidu u bla ħsara.
- L-ebda effetti kollaterali li jdejqu (i.e. ma żżidx fil-piż, ma jkollokx kostipazzjoni, ma jkollokx ħalqek xott, ma jikkawżalekx problemi tal-qalb, telqan, impotenza, viżjoni mċajpra eċċ). Skumdità żgħira fl-iskutella tar-ras biss ġiet irraportat imma mhix tant komuni u tisparixxi malajr.
- It-trattament ma jeħtiġx li l-pazjent jieħu l-loppju jew xi kimiċi fid-demm (jiġifieri hu non-sistemiku). L-effetti kollateriali potenzjali tal-loppju (jiġifieri, konfużjoni, remettar, nuqqas ta’ memorja, diffikultà biex tgħaddi l-awrina, problemi fil-pulmun, eċċ) f’dat-trattament ma jeżistux.
- Ma jsir l-ebda trattament bl-electrodes bħalma jsir fil-ECT. L-uniku kuntatt mal-iskutella tar-ras hu ta’ kalamita li tkun miksija bil-plastik u li mhix ta’ ħsara, innokwa.
- It-TMS hi trattament ġentili, mhux f’sodda fi sptar, fi klinika li hi walk-in-walk-out, tidħol u toħroġ.
- Tibqa’ mqajjem il-ħin kollu. Wara t-trattament toħroġ mill-ewwel mill-klinika u tmur tkompli b’xogħlok.
- Tkun tista’ titkellem, tisma’ l-mużika, tirrilassa jew tidħol għal terapija psikoloġika dinamika waqt it-trattament biex tieħu benefiċċju massimu.
- It-TMS issir minn staff kwalifikat li jagħmel monitoraġġ tiegħek matul u bejn is-sessjonijiet tat-trattament.
- Ma jibqax ikun hemm il-bżonn li tieħu l-pilloli jew forsi li tieħu xi ħaġa żgħira minnhom.
- It-TMS tista’ tittieħed fiż-żmien li tkun qed tieħu l-pilloli u/jew terapija psikoloġika jew xi interventi oħrajn b’riżultati sinerġistiċi mal-approċċ tagħna four-pillar.
- Peress li narawk ta’ spiss inkun nistgħu nfakkruk biex tieħu l-mediċina jekk ikollok bżonnha.
TMS hi approvata mill-Organizazzjonijiet Internazzjonali tas-Saħħa?
Iva. Fil-fatt, stabbilimenti kliniċi internazzjonali ta’ fama bħalma huma l-American Food and Drug Administration (FDA) u l-British National Institute for Health and Clinical Excellence (NICE) li ssettjaw il-punt ta’ referenza għal standards dinjija għoljin, approvaw dat-trattament.
Provi rigorużi u indipendenti jkollhom bżonn li jsiru qabel dawn l-entitajiet japprovaw xi trattament li jkun sikur għall-użu pubbliku. Numru kbir ta’ entitajiet oħra awtoritevoli bbażati f’pajjiżi bħall-Alġerija, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, l-Indja, l-Iżrael, New Zealand, il-Perù u l-Iżvezja ukoll ivvalidaw u faħħru uffiċjalment it-TMS.
Min jista' jagħmilha t-TMS?
Mad-dinja kollha, it-TMS kienet ta’ suċċess maż-żgħar u mal-kbar meta għamluhielhom. Ukoll hi amministrata bla ħsara lin-nisa tqal u dawk li jkunu jreddgħu u wkoll lil dawk b’xi mard serju inkluż il-kanċer u l-mard fil-kliewi u fil-fwied.
''Il-Mediċina ma ħadmitx fija', żviluppajt effetti kollaterali bi trattamenti oħrajn' jew 'irrid trattament naturali'. It-Tms hi tajba għalija?'
Iva t-TMS tista’ tkun soluzzjoni tajba fit-tliet każi. It-TMS taħdem għal dawk li ma qabilx magħhom trattament konvenzjonali jew għal dawk li żviluppaw effetti kollaterali intolleranti bi trattamenti oħrajn. Iżjed minhekk, ladarba t-TMS hi mibnija fuq prinċipji tal-fiżika u fenomeni misjuba naturali fid-dinja ta’ madwarna, tista’ tkun deskritta bħala trattament naturali. F’ċerti każi, għal dawk li ma jixtiqux jieħdu xi mediċini jew jagħmlu xi terapiji oħrajn, it-TMS tista’ tkun użata b’suċċess bħala alternattiva naturali.
Għandi problemi tal-fwied/kliewi u allura t-tabib tiegħi qalli li ma nistax nieħu pilloli. It-TMS tagħmilli ħsara?
Intennu, it-TMS hi għażla tajba ta’ trattament għal dawk li għandhom il-mard fil-fwied jew fil-kliewi jew dawk li kienu operati f’dawn l-organi. Hi wkoll ideali għan-nies li jagħmlu d-dialysis jew għal pazjenti tal-kanċer li jeħtieġu mediċina ħafifa minħabba l-mard tagħhom. Dan hu għaliex it-TMS m’hiex x i ħaġa li tidħol fid-demm jew xi partijiet oħra fit-truf tal-ġisem. Kulma tagħmel hu li japplika influwenza li tikkontrolla fejn hemm il-bżonn (tiffaċilita jew tinibita) in-nervituri tal-moħħ direttament taħt il-kalamita.
Kemm iddum sessjoni tat-trattamentTMS?
Bil-maqlub tal-protokolli tradizzjonali li huma eqdem, il-protokolli l-ġodda huma ddisinnjati biex ma jdumux iktar minn ftit minuti. Protokolli iktar ġodda huma b’danakollu daqs jekk mhux iktar effettivi mill-ewwel ġenerazzjoni ta’ protokolli, u dan skont evidenza xjentifika. Il-protokolli ta’ daż-żmien idumu madwar 3 minuti sa bosta minuti l-iktar. Għalhekk inti tista’ tibbukkja għal sessjoni TMS bejn l-appuntamenti l-oħrajn li jkollok dakinhar.
Kif inkun naf liema protokoll TMS hu t-tajjeb għalija?
Tinkwetax. It-tim tagħna li għandu l-esperjenza hu kontinwament f’kuntatt maċ-ċentri dinjija ta’ eċċellenza u mal-esperti tat-TMS barra minn Malta biex jiddisinnjaw l-iktar protokoll li joqgħodlok u li hu l-iktar effettiv għalik waqt li nżommu mas-sistema innovattiva four-pillar. Li ma jiġrilek xejn u li tħossok komda huma ta’ prijorità għalina u dan hekk kif it-tim tagħna jassessjak biex imbagħad jagħżel l-iktar protokoll ta’ trattament li joqgħodlok mid-database esklussiva u li dejjem tikber tagna biex inti tħossok aħjar mill-iktar fis possibbli.
It-TMS hi bħat-Terapija Elettrika Konvulsiva (ECT)?
Le. It-TMS mhix terapija bix-xokkijiet. Taħdem differenti mill-ETC. It-TMS kienet inbdiet biex jittratta l-problemi u s-sintomi psikoloġiċi l-istess bħall-ETC imma mingħajr l-effetti kollaterali li għandha l-ETC. Waqt li għandha rwol fis-saħħa psikoloġika, l-ECT għandha effetti kollaterali inklużi l-konvużjoni, in-nawżea, l-isturdament, it-telfien temporanju jew permanenti tal-memorja, diffikultà biex tikkonċentra jew titgħallem informazzjoni ġdida, apatija (ma tibqa’ turi interess f’xejn), kif ukoll it-telfien tal-kreattività, il-ħeġġa u l-enerġija.
Barra minhekk, l-ECT teħtieġ li inti dakinhar tkun frank mix-xogħol peress li jkollok bżonn tieħu loppju ġenerali daqslikieku tkun se tagħmel operazzjoni maġġuri. Għaldaqstant ikollok bżonn li xi ħadd mill-għeżież tiegħek ikun irid ikun miegħek (għalhekk anki huma jkunu jridu jieħdu dakinhar frank) biex isuquk lejn l-isptar u lura peress li inti ma tkunx tista’ ssuq malajr wara l-loppju. Anki l-loppju għandu l-effetti kollaterali inklużi l-konfużjoni, ir-remettar, diffikultà biex tgħaddi l-awrina, u t-telfien tal-memorja u rarissmu jista’ jkun ukoll fatali. It-TMS m’għandha xejn minn dawn l-effetti kollaterali u hu xieraq l-istess jekk mhux aħjar, f’xi xenarji.
X'jistgħu possibbilment ikunu l-effetti kollaterali?
It-TMS hi ġentili u ma tagħmilx ħsara, trattament li faċli jkun ittollerat u magħruf għal ftit effetti kollaterali. Studji kliniċi juru li l-iktar effett kollaterali komuni hu skomfort fil-ġilda tar-ras li għandu l-ħabta jinħass biss waqt l-ewwel żewġt sessjonijiet u jirriżolvi ruħu spontanjament wara żmien qasir. Hekk kif it-teknoloġija tkompli tevolvi b’rata mgħaġġla ħafna, l-effetti kollaterali qed isiru virtwalment non-eżistenti.
It-TMS hi perikoluża?
Le. It-TMS la hi perikoluża u lanqas fatali. La teżawrik mentalment u lanqas tirrabjak! B’danakollu hu naturali li nistaqsu iktar dwar trattamenti ġodda u nitħassbu dwar l-effetti kollaterali tagħhom. Fis-snin 1980, meta it-teknoloġija kienet għadha qed tiżviluppa, ix-xjenzati kellhom raġun li jitħassbu dwar li t-TMS tista’ tikkawża attakk tal-qamar. Ħsibijiet iniżjali li jista’ jkun bidu għall-ħassħażinijiet kienu imdaħħla fl-istudji tal-ewwel rapporti li ħarġu u dan kien xi 40 sena ilu. Il-Protokolli tat-trattament f’dak iż-żmien kienu għadhom qed jiġu rffinuti. Il-ħassħażinijiet ma tantx damu jiġu rrapportati, bdew jonqsu u qatt ma reġgħu kkawżaw attakki tal-epilessija. Minn dak iż-żmien imxejna ħafna ’l quddiem, tant li daż-żmien, xi protokolli qegħdin jiġu ddisinnjati biex propju jipprevejnu u jittrattaw l-epilessija li jkun hemm.
X'inhuma l-kontra-indikazzjonijiet assoluti tat-TMS?
Is-soċjetà klinika tat-TMS (CTMSS) li hi l-entità indisputabbli tat-TMS fid-dinja, ħarġet linji-gwida ta’ kunsens li jgħidu li n-nies li fihom hemm materjal ferromanjetiku fid-dawra tal-qasam manjetiku varjanti (normalment xi 30ċm fir-raġġ) ma jistgħux jagħmlu t-TMS.
Materjal ferromanjetiku jinkludi tifrik ta’ bombi u oġġetti oħra li jesplodu, xi impjanti tal-metall għall-għadam, u impjanti fil-widnejn. Dawn l-affarijiet potenzjalment jistgħu jisħnu, jiċċaqalqu jew ma jibqgħux jaħdmu sew, għalkemm dan mhux tant probabbli li jseħħ x’aktarx li frak irqiq ħafna hu innokwu. Madankollu teknoloġiji differenti minn dawk li ġa jeżistu qed ikunu studjati biex jindirizzaw dawn il-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet biex il-benefiċċji tat-TMS jiġu offruti lil dawn in-nies ukoll.
Nibqa' ningħata kura bejn sessjoni u oħra tat-TMS? U x'jiġri jekk inkun fi kriżi?
Ma nħallukx tfendi għal rasek bejn is-sessjonijiet. Fil-fatt, apparti milli aħna nibqgħu f’kuntatt miegħek biex naraw kif ikunu sejrin l-affarijiet għalik, inti wkoll tkun tista’ tagħmel kuntatt magħna għal kull appoġġ. U biex ngħinuk iktar minhekk, il-klinika tagħna tikkollabora fl-attivitajiet mal-Crisis Resolution Malta biex fl-istess ħin jaraw xi jkollok bżonn. Crisis Resolution Malta tikkonsisti minn diversità ta’ professjonisti mħarrġa bħalma huma psikoloġi, psikoterapisti, psikjatri, social workers, diretturi spiritwali, u avukati li għandhom l-esperjenza fl-immaniġġjar tal-kriżijiet. F’kelma waħda, noffrulek pakkett tabilħaqq globali biex fl-inqas żmien inreġġgħuk lura għal ħajja serena u kuntenta.
Inċidentalment, Crisis Resolution Malta għal konsulta fi kriżi toffrilek ukoll linja tat-telefon b’xejn 24/7, 365 jum/sena li hi mmexxija minn speċjalisti t’esperjenza biex ssostnuk fl-24 siegħa tal-ġurnata jekk ikun hemm bżonn (Tel. +35699339966).
Kif bdiet it-TMS?
Minn mindu l-bniedem skopra l-elettriku u l-kalamiti madwar 4,000 sena ilu, il-kurżità u l-kreattività mmotivawh biex japplika dawn l-iskoperti għall-ġisem fit-tama li jipproduċu effett ta’ benefiċċju. Maż-żmien mhux kollox kien sejjer kif imiss u fil-proċess ġie li kien hemm xi difett jew malfunzjoni. It-TMS bdiet bl-istess mod, dejjem tiżviluppa tul bosta sekli. Meta ġew skoperti il-kalamiti naturali u sussegwentement l-invenzjoni tal-kalamita elettrika, it-tfittxija kienet fuq kif jintużaw il-kalamiti biex ifejqu n-nies billi kienu jippruvaw japplikawhom ma’ partijiet tal-ġisem inkluż mar-ras.
Imma, ma kienx qabel il-bidu tas-snin 1980 li f’laboratorju Brittaniku tal-inġinerija f’Sheffield, li student tal-PhD bl-isem ta’ Anthony Barker li, b’ħidma ma Reza Jalinous u Ian Freeston, irnexxielhom juru li meta tesponi l-moħħ għal qasam manjetiku varjanti li mhux offensiv, tista’ tipproduċi bidla fl-attività tal-moħħ li tista’ tiġi osservata. Minn dak iż-żmien, it-TMS infirxet mal-kontinenti kollha u ammont ta’ riċerka kolossali tal-ogħla kwalità seħħet biex tipproduċi t-TMS li għandna llum.
L-aħbar it-tajba hi, li waqt li r-riċerka tiffjorixxi, it-teknoloġija tibqa’ tevolvi, b’hekk issir iktar aċċessibbli biex effettivament tittratta numru li kulma jmur jikber ta’ sintomi u kondizzjonijiet għall-benefiċċju tal-bniedem.
Imma dan hu kollu tassew tant tajjeb li għandi nemmnu?
Tabilħaqq hekk ħsibna aħna meta introduċewna għat-TMS xi 10 snin ilu!
Matul l-istorja, il-manjetiżmu inġustament kiseb reputazzjoni oneruża minħabba ħafna wegħdiet sensazzjonali ta’ fejqan. Sfortunatament dawn l-asserzjonijiet qatt ma kienu ssustanzjati kif għandu jkun. Dawn l-affermazzjonijiet ħafna drabi kienu mibnijin fuq xjenza fqira, ħsibijiet maġiċi u xi drabi kienu jinġarru minn post għal ieħor minn nies frawdolenti u qarrieqa. Minħabba f’hekk, ir-reputazzjoni tat-terapija manjetika kienet bla mistħoqq ikkundannata għal ħafna sekli. B’riżultat ta’ dan, ix-xjenzati qatgħu qalbhom mill-kalamiti u tilfu l-interess biex jibqgħu isegwu riċerka tajba fuq l-effikaċja tat-trattament manjetiku li jsir fil-kliniċi. L-iskoperta monumentali tat-tim ta’ Sheffield attivat rinaxximent fir-riċerka tat-terapija manjetika, b’hekk infetaħ għargħar ta’ esperimentar u moviment ta’ xjenza konkreta beda jiġi mill-ġdid segwit.
Illum, wara riċerka ta’ attenzjoni massima u qbil minn mad-dinja kollha għandna provi konkreti illi t-TMS tabilħaqq taħdem. Il-perċezzjoni li t-TMS hi rimedju għal kull marda, li hi xi ħaġa sabiħa imma li ma tistax isseħħ, jew taħdit ieħor ċarlatan ilhom li ġew miċħuda xjentifikament. It-terapija TMS issa kisbet influwenza robusta li tassew tixirqilha bħala kwalità prima ta’ rimedju internazzjonali, hi rrakkomandata minn eluf ta’ studji ta’ riċerka, imħuħ kbar u awtoritajiet mad-dinja kollha.
Aħna ta’ tmsmalta.com naspiraw li nkomplu dal-wirt biex noffru kura ta’ kwalità eċċellenti. Inħossuna onorati li nistgħu ngħinu lin-nies biex ifiqu, speċjalment dawk li fis-skiet ħafna drabi jħossuhom f’agunija u ma jistgħux jiksbu l-aqwa li jkun jixirqilhom
X'inhi l-istimulazzjoni transkranika b'kurrent dirett (tDCS)? Intom toffruh dan it-trattament?
L-Istimulazzjoni transkranika b’kurrent dirett (tDCS) hi trattament ġdid ta’ modulazzjoni tal-moħħ li hu bla wġigħ u li fih ma jintużawx strumenti, illi fih jintużaw kurrenti elettriċi żgħar u diretti biex jistimulaw partijiet speċifiċi tal-moħħ billi jitqegħdu 2 electrodes fuq il-qurriegħa. Dejjem qed tiġi wżata iktar għas-sintomi u diżordnijiet fiżiċi u psikoloġiċi. Ġaladarba mobbli, din il-meravilja mibnija fuq evidenza tkun tista’ tiġi pprogrammata u preskritta lin-nies biex tkun użata fil-kumdità u l-privatezza ta’ djarhom u iva, il-Klinika TMS toffrih dan it-trattament. Tiddejjaqx tistaqsi lit-tim tagħna kif tista’ tibda tħossok aħjar mill-iktar fis possibbli.
Hemm possibilità nistaqsi iktar?
Bil-pjaċir kollu! Jekk jogħġbok aqbad magħna bit-telefon, b’Facebook jew b’posta elettronika u t-tim dħuli tagħna ta’ esperjenza ikun iktar minn kuntent li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek kollha, joffrilek il-pariri, u jekk tkun tixtieq anki jagħtik fuljett bl-informazzjoni kollha.


Trid issir taf iktar?
Staqsina jew agħmel appuntament kif hemm hawn taħt
Għal kull emerġenza ċempel b’xejn 24/7 fuq il-linja ta’ konsultazzjoni waqt kriżi
+356 99 33 99 66
+356 2149 1200
info@tmsmalta.com