Erġa’ sib il-ferħ

Noffru t-tama sew f’Malta kemm f’Għawdex, bi trattament ta’ 3 minuti li jibdillek ħajtek, hu rivoluzzjonarju b’ideat u metodi ġodda.

X’inhi l-istimulazzjoni manjetika transkranika (TMS) u għaliex hi l-fejqan futur tal-mard?

L-istimulazzjoni transkranika b’kalamita jew TMS hi trattament kliniku li hu sew bla wġigħ kemm effettiv u li bih l-attività fil-moħħ tkun tista’ tiġi influwenzata mingħajr uġigħ, bil-mod u bla ħsara b’oqsma manjetiċi li jżidu u jnaqqsu. Impulsi manjetiċi qosra u li ma jagħmlux ħsara, joħorġu minn kalamita mqiegħda bil-galbu fuq ir-ras, jaslu sa parti mill-moħħ, jgħaddu bil-kwiet mill-galletta tar-ras u mill-għadam li jdawwarha. Dawn il-mewġiet manjetiċi huma l-istess bħal dawk li jintużaw meta ssir Magnetic Resonance Imaging (MRI).

Fit-TMS, impulsi manjetiċi li jkunu preċiżi u ffokati jiffaċilitaw attività tan-nervituri f’partijiet tal-moħħ li għalihom ikun hemm mira speċifika. Dal-proċess isir bil-prinċipju ewlieni tal-Fiżika dak tal-electromagnetic induction. L-Electromagnetic Induction kienet skoperta mill-espert fil-Fiżika Michael Faraday, f’Londra fl-1831, u din bosta drabi tiġi applikata fil-ħajja tagħna.

Dat-trattament mibni fuq l-evidenza tabilħaqq għamel rivoluzzjoni mill-mod kif ilna nagħtu trattament mentali u għas-sintomi u diżordnijiet fiżiċi matul għexieren ta’ snin. Grazzi għat-TMS, elejjef ta’ pazjenti minn madwar id-dinja kollha huma grati li sa fl-aħħar jistgħu jgħixu tajjeb għaliex qegħdin iħossuhom rebbieħa fuq id-depressjoni, l-ansjetà, il-kondizzjoni OCD (obsessive compulsion disorder, jew min ikun ossessjonat, jiġifieri li jagħmel xi ħaġa ħafna drabi ripetutament bla ma jkun hemm il-bżonn), l-uġigħ kroniku, l-emikranji, id-diżordni ta’ stress wara trawma (PTSD), u rebbieħa fuq ħafna u ħafna iktar.

%

Suċċess bit-terapija TMS

%

Pazjenti li sibniehom fi stat ta' saħħa mentali iktar pożittiv ftit wara l-ewwel ftit sessjonijiet tat-TMS

TMS TOFFRI TRATTAMENT GĦAL:

Suwicidju u Self-Harm

Tnaqqas bla dewmien il-ħsibijiet dwar suwiċidju u self-harm u tgħin fl-imġiba biex issalva l-ħajja u l-persuna; tagħti ċans lil dak li jkun biex jingħata l-attenzjoni d-dar tiegħu stess taħt superviżjoni, u ħafna drabi tevita li dak li jkun jiddaħħal bilfors fi sptar psikjatriku u l-uġigħ kollu soċjali li dan iġib miegħu.

Depressjoni

Ittejjeb il-burdati, tnaqqas it-telqa u l-għejja kbira minħabba xi kondizzjoni jew mard, iżżid fil-funzjoni jew tħaddim tal-moħħ u terġa’ tgħaqqad il-kuntatti fjakki fil-moħħ.

Ansjetà

Tnaqqas it-tħassib eċċessiv u bla kontroll, tnaqqas it-tensjonijiet u l-ħsibijiet żejda tal-ħin kollu, ittejjeb il-kwalità tal-irqad, trodd il-kalma u r-rilassament u ġġagħlek terġa’ tħossok mimli vitalità.

OCD

Tnaqqas il-ħafna ħsibijiet bla bżonn u t-tensjoni, tnaqqas il-ħsibijiet ta’ ossessjoni, tnaqqas l-imġiba li ġġiegħel ir-ripetizzjoni bla bżonn, tnaqqas l-ansjetà u t-tibdil żejjed fil-burdati waqt li tagħti r-rilassament.

KOKAINA, KANNABIS, U L-ABBUŻ MILL-ALKOĦOL

Tnaqqas l-aptit u l-użu tad-droga, issewwi l-ħsara fiċ-ċelloli tan-nervituri tal-moħħ, u żżid dik il-funzjoni fil-moħħ li setgħet tkun iddgħajfet minħabba fit-teħid ta’ dawn is-sustanzi.

Fibromyalgia

Tnaqqas milli wieħed iħossu eżawrit, tnaqqas is-severità tal-uġigħ, terħi it-tensjoni fil-muskoli, ittejjeb il-kwalità tal-irqad, iżżid fil-ħila u allura ġġib kwalità ta’ ħajja aħjar.

EMIKRANJA

L-emikranja titnaqqas mal-ewwel ftit sessjonijiet; jitnaqqsu t-tqalligħ kif ukoll l-effett li jħallu d-dawl u l-ħsejjes fuq l-emikranja; il-kwalità tal-ħajja titjieb u jittaffew l-attakki tal-emikranja.

ADHD

Tgħin biex jitfejqu l-problemi tal-burdati u l-ansjetà li ġġib magħha l-ADHD; l-għajnejn jiffokaw u jagħmlu kuntatt aħjar; ittejjeb il-konċentrazzjoni u ll-memorja, ittejjeb fit-taħdit u tgħin għal integrazzjoni soċjali.

PTSD

Tnaqqas il-ħolm ikrah u l-fatt li wieħed jerġa’ jara f’moħħu x-xeni tat-trawma, iżżid il-ħtieġa li wieħed ikun man-nies, tnaqqas l-ansjetà u t-tibdil fil-burdati, tqawwi lil dak li jkun biex juru iktar interess u ferħ; u dan kollu jitnaqqas jew jiżdied b’mod rilassat u kalm.

L-UĠIGĦ

Tgħin bħala parti minn pjan ta’ mmaniġġjar sħiħ biex jitnaqqas l-uġiġħ, tgħin lill-pazjenti biex ma jibqgħux jiddependu minn ħaddieħor, u b’hekk jibqgħu għaddejjin b’ħajjithom u jkunu iktar kuntenti.

ID-DEMENZJA

Tgħin biex tippreserva il-funzjonijiet mentali (konjittivi) bħalma huma l-memorja, il-ġudizzju, il-lingwa, il-fatt li wieħed jieħu deċiżżjonijiet għaqlin u li ma jagħmlux ħsara; tinkoraġġixxi ħajja indipendenti fl-ewwel stadji tad-demenzja.

DIŻORDNI FL-IKEL

Tgħin tistabilizza ċ-ċentri li fil-moħħ għandhom x’jaqsmu mal-ikel, biex b’hekk il-persuna tiekol biss meta jkun hemm bżonn biex ma żżidx piż żejjed; iġġib lura il-figura kif taraha l-istess persuna biex tħossha tajjeb dwarha nnifisha.

STIMA BAXXA TAL-PERSUNA

Issaħħaħ u terġa’ ttella’ ‘l fuq l-opinjoni baxxa li wieħed jista’ jkollu tiegħu nnifsu u li bosta drabi hi l-kawża komuni flimkien ma’ ħafna problemi fiżiċi u psikoloġiċi, b’hekk twassal lil dak li jkun biex jerġa’ jibda jħares lejn il-ħajja b’mod frisk u b’iktar enerġija u indirettament tkun qed iġġibil-fejqan ta’ diżordnijiet oħra li jkunu assoċjati mal-istima baxxa min-natura tagħhom.

DIŻORDNI FIL-PERSONALITÀ

Tgħin biex tfejjaq l-uġigħat li dawn in-nies ikollhom billi tittratta speċifikament xi modi ta’ kif iġibu ruħhom u hekk tgħinhom jgħixu l-ġurnata b’rebħa billi jevitaw ħsibijiet tal-biża’ u mġiba li tkissirhom; dan jgħinhom biex iħossuhom aħjar.

PUPLESIJA

Nervituri li tkun saritilhom il-ħsara jissewwew billi flimkien ma’ tim ta’ speċjalisti f’diversi oqsma jiġu mgħejjuna biex jerġgħu jakkwistaw il-movimenti, l-indipendenza u s-serenità; ukoll, b’mod indirett tagħti s-serħan lil dawk li jkunu jieħdu ħsieb dawn il-pazjenti.

DIŻORDNIJIET OĦRAJN

F’dawn iż-żminijiet, il-Librerija Nazzjonali tal-Mediċina tal-Istati Uniti għandha lista ta’ madwar 1000 studju li dejjem għaddejjin, ta’ kif it-TMS qegħda tiġi studjata fi kważi 500 diżordni fiżiku u psikoloġiku. Fost oħrajn, it-TMS qegħda twassal biex tgħin iġġib lura l-funzjoni fil-pazjenti li jsofru mill-marda ta’ Parkinson, minn dawk li jistħajlu li jkunu qegħdin jisimgħu xi ħaġa li ma tkunx qed tingħad, tinnitus li hu stħajjil ta’ daqq fil-widnejn, inkwiet fl-imsaren, min ikun weġġa’ moħħu u apatija skizofrenika. Qegħdin ukoll isiru studji sabiex itejbu il-kapacità fl-isport, fuq il-lant tax-xogħol u wkoll fl-iskola.

Ġie ppruvat li t-TMS hi iktar effettiva meta tingħata flimkien mal-mediċina kontra d-depressjoni, meta mqabbel mal-mediċina li tittieħed waħedha, b’rispons pożittiv ta’ 68% imqabbel ma’ 47% biss meta l-mediċina tittieħed waħedha.

  1.  Dunner, D. L., Aaronson, S. T., Sackeim, H.  A., Janicak, P. G., Carpenter, L. L., Boyadjis, T., Brock, D. G., Bonneh-Barkay, D., Cook, I. A., Lanocha, K., Solvason, B., & Demitrack, M. A. (2014). A multisite, naturalistic, observational study of transcranial magnetic stimulation (TMS) for patients with pharmacoresistant major depression: Durability of benefit over a one-year follow-up period. Journal of Clinical Psychology, 75(12), 1394-1401. 
  2. https://doi.org/10.1176/ps.2009.60.11.1439

"Naf li nista' ndur fuq it-TMS meta ħajti taqleb għall-ħażin."

– inġinier ta’ 38 sena minn Ħal Balzan

"TMS bidlitli ħajti, ma kontx inkun hawn illum li ma kienx għat-TMS"

– tabib ta’ 40 sena mis-Swieqi

"Wara 3 sessjonijiet biss, m’għadniex megħlub mill-ħsibijiet imħawda li kien ikolli."

– Bejjiegħ tal-fjuri ta’ 27 sena mill-Baħrija

“Bit-TMS inħossni li nista' niffaċċja l-isfidi kollha mingħajr biża' u ansjetà. Nirrakkomandaha bla riżervi.”

– mara tad-dar u omm ta’ 36 sena miż-Żejtun

Trid issir taf iktar?

Staqsina jew agħmel appuntament kif hemm hawn taħt

Għal kull emerġenza ċempel b’xejn 24/7 fuq il-linja ta’ konsultazzjoni waqt kriżi
+356 99 33 99 66

+356 2149 1200

DaVinci Hospital Triq Kanonku Karm Pirotta, Birkirkara, BKR 1111, Malta, Europe

info@tmsmalta.com