L-Istorja Tagħna

Kelmtejn mingħand il-fundatur ta’ TMS Malta

Dr Mark Xuereb hu membru tal-Kulleġġ Irjali tal-Psikjatri mħarreġ fir-Renju Unit b’interess speċjali fl-immaniġġjar tal-kriżijiet. Hu tħarreġ ukoll fir-Renju Unit bħala Tabib tal-Emerġenza u hu membru tal-Kulleġġ Irjali tal-Mediċina tal-Emerġenza u tal-Kulleġġ Malti tat-Tobba tal-Familja. Jemmen bil-qawwa kollha fl-immaniġġjar ta’ kriżi multidixxiplinarja ‘il-ġisem-il-moħħ’ f’dak li hu li l-moħħ ma jistax ikun ittrattat b’suċċess mingħajr ma wieħed jieħu kura tal-ġisem. Din hi raġuni oħra għaliex it-TMS ġiet introdotta f’pajjiżna.

Dr Xuereb hu wkoll lettur mhux tal-post fid-Dipartiment tal-Psikjatrija fl-Universita ta’ Malta. Ta bidu għall-ewwel tim tal-kriżi f’Malta fl-2010, meta sawwar Crisis Malta Resolution li għadu t-tim waħdieni speċjalizzat 24/7, 365 jum, biex jimmaniġġja lil dawk li jissieltu mal-ħsara lilhom infushom u kriżijiet oħrajn. Hu wkoll il-fundatur tal-Malta Scout Fellowship fl-2001, The Malta Dementia Society fl-2004, abbozza National Suicide Prevention Strategy fl-2015, u hu l-fundatur tal-Fondazzjoni Sokkors fil-Pront fl-2019, li tipprevjeni u timmaniġġja l-imġiba suwiċidali f’Malta.

Appassjonat dwar it-terapija manjetika sa minn l-1999, Dr. Xuereb introduċa l-TMS f’Malta fl-2016, u waqqaf l-unika klinika speċjalizzata tal-Neuromodulation fl-isptar Da Vinci f’Birkirkara, Malta. Il-klinika TMS tagħti l-aqwa teknoloġija u trattament innovattiv u avvanzat tat-terapija tan-neuromodulation manjetika, li tinkorpora teknoloġiji ġodda u mibnija fuq evidenza, li jidħlu f’Malta eżatt malli jkunu introdotti u approvati barra minn xtutna. Teknoloġiji ġodda u futuristi bħalma huma l-Istimulazzjoni transkranika b’kurrent dirett (tDCS), ukoll ġew introdotti fil-klinika biex joffru u jħaffu l-aħjar u l-aqwa esperjenza fil-fejqan.

L-ispeċjalisti waħdanin fil-qasam f’Malta, hu u t-tim enerġiku tiegħu ħadu l-kwalifiki mill-korsijiet ta’ CTMSS’s PULSES f’Londra fir-Renju Unit, The Brain Stimulation Department at the Medical University Of South Carolina, fl-Istati Uniti, u The Berenson-Allen Centre for Non Invasive Brain Stimulation fl-Università ta’ Harvard f’Boston, l-Istati Uniti. It-tim kien imħarreġ personalment minn u jikkollabora ma’ dak li vvinta t-terapija manjetika, il-Professur Anthony Barker, kif ukoll mar-riċerkaturi kliniċi, il-Professoressa Linda Carpenter u l-Professur Mark George fost ġganti tat-TMS oħrajn li bidlu l-mod ta’ kif id-dinja tittratta il-mard. Dawn il-kollegi rrispettati huma wkoll membri ta’ CCTMSS li aħna wkoll parti minnha. Aħna sew onorati kemm umli li nieħdu sehem fl-istorja tat-terapija manjetika hekk kif tiftaħ quddiem għajnejna u li nistgħu noffru l-konribut żgħir tagħna biex ngħinu lil ħaddieħor hawn Malta. It-tim vibranti fil-klinika ta’ Dr. Xuereb għaldaqstant jikkonsisti fi professjonisti kkwalifikati u mrawma li joffru terapiji ta’ neuromodulation varji state-of-the-art waqt li jżommu mal-linji-gwida stabbiliti. Il-klinika tispeċċjalizza f’li tgħaqqad trattamenti tradizzjonali oħrajn mat-TMS inklużi l-psikoterapija, il-fatt li tkun alert f’kulma tagħmel, psikoterapiji bbażati fuq il-kompjuter, bidliet fl-istil tal-ħajja, mediċina u terapiji komplimentari u alternattivi.

Ukoll inħossuna umli mill-fatt illi sew il-Maltin kemm il-baranin ifaħħru it-tim tagħna, jimlewna ħeġġa biex inkomplu nagħtu servizz eċċellenti u tal-aqwa kwalità.

It-TMS (Stimulazzjoni Manjetika Traskranika) qiegħda tabilħaqq tibdel il-mod ta’ kif nittrattaw il-weġgħat psikoloġiċi u fiżiċi. Taħdem f’madwar ftit sigħat wara l-ewwel sessjoni skont ħafna mill-pazjenti tagħna li ħadu sodisfazzjon. Importanti li ngħidu li l-effetti jdumu għal żmien twil.

L-aħbr it-tajba hi li fil-klinika tat-TMS Modulation, aħna bi ħsieb qawwi u b’perseveranza, dejjem infittxu teknoloġiji u protokolli ġodda biex ngħinu lil dawk li huma neqsin b’xi mod jew ieħor.

Segwina għal tagħrif dwar trattamenti innovattivi biex jgħinu lil dawk f’xi kriżi. Inti jixraqlek li tgħix u li tgħix kif imiss. Ejja ħa noħduk fuq vjaġġ li jgħinek tikseb dak li tassew jistħoqqlok!

It- Tim Tagħna ta’ TMS Malta

Skopri t-tim entużjast u ddedikat illi jagħmilhielek possibbli

Rachel Portelli 

L-esperjenza ta’ Rachel Portelli fil-klinika tat-TMS hi mifruxa fuq numru ta’ snin. L-isfond tagħha fl-amministrazzjoni wassal għall-irwol ta’ Maniġer Kliniku u Amministrattiv. Rachel kburija li tassisti fit-talbiet tal-pazjenti b’mod effettiv, filwaqt li tassigura li s-servizz li l-iktar li hu adattat għall-bżonnijiet tal-individwu jkun qed jiġi offrut. Rachel tikkomunika mal-pazjenti tagħna u mal-persuni li jieħdu ħsieb lill-pazjenti b’mod li jimmassimizza l-irkupru tagħhom fil-klinika. L-iżvilupp professjonali kontinwu tagħha fil-qasam u kif ukoll taħriġ speċjalizzat barra minn xtutna jassiguraw li l-aqwa teknoloġiji u l-amministrazzjoni tagħhom huma garantiti għall-pazjenti tant stmati tagħna.

Erica Grech 

Bi sfond ta’ iktar minn għaxar snin t’esperjenza fl-immaniġġjar tar-relazzjonijiet mal-klijent u amministrazzjoni, kemm fil-qasam tas-saħħa u industriji relatati oħra, Erica Grech hi membru formidabbli tat-tim. Bħala l-amministrattriċi tat-TMS fil-klinika, Erica tħaddan irwol kruċjali fl-għotja tal-kura lill-pazjenti u lill-familji tagħhom, filwaqt li toffri sapport personali mfassal apposta skont il-ħtiġijiet tal-individwu. Hi temmet taħriġ speċjalizzat barra minn xtutna, sabiex ittejjeb il-ħiliet tagħha u tipprovdi kwalità għolja ta’ kura bit-TMS. Id-dedikazzjoni t’Erica hi ċentrali fl-amministrazzjoni bla xkiel tal-klinika, sabiex tassigura servizz eċċellenti lill-pazjenti tagħna kollha.

 

Sion Tabone

Sion Tabone qed taspira sabiex issir Psikologa li tispeċjalizza fil-Ġerontoloġija. Il-kwalifiki tagħha jinkludu Baċellerat fil-Psikoloġija (bl-unuri), segwit minn Masters fil-Ġerontoloġija u l-Ġerjatrija. Fis-snin riċenti, Sion kisbet esperjenza ta’ valur u ħiliet fl-amministrazzjoni u r-relazzjonijiet mal-klijent permezz tal-esperjenza ta’ xogħol preċedenti. Preżentament, fil-Klinika tat-TMS, Sion isservi bħala amministrattriċi tat-TMS fejn tilħaq il-bżonnijiet tal-pazjenti b’mod ħolistiku, filwaqt li tassigura li huma jirċievu servizz ta’ kwalità għolja. Il-ħiliet empatiċi ta’ Sion u kif ukoll l-abilità tagħha li tadatta għandhom irwol importanti fl-operazzjoni bla xkiel tal-klinika.

Memoriam

Li kieku kienet teżisti assoċjazzjoni għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa ta’ nies ta’ kompassjoni, altruisti u mimlija bl-imħabba, mingħajr dubju Simmy kienet tkun president permanenti.

Simone kienet ikbar mill-ħajja, imma mhux b’mod għoli. Umli, diskreta u ta’ tattika, kienet iddur u tammeljora lil tal-madwar. Kont tkun taf li dejjem tista’ tistrieħ fuq din l-infermiera intelliġenti u kkulurita li tiġbor il-kokki u l-fkieren. Bħala professjonista ddedikata, għallmitni t-tattiċi fil-kurrituri tal-Isptar San Luqa: tieħu d-demm, liem professur għandek issegwi waqt rondi mas-sala u anke liema klinika sservi l-aqwa ‘espresso’. Kont inħobbha l-iktar għax kienet taċċella sabiex inkun nista’ nitlaq kmieni ħalli mmur il-ġinnasju.

Simone kienet involuta sew fit-twaqqif tal-assoċjazzjoni lokali ‘Thalassaemia Association’, għaliex kienet issofri mit-Talassemja hi nnifisha. Il-marda tagħha wasslet għall-bżonn ta’ ħin l-isptar fejn tingħata d-demm u anke kellha titneħħa l-milsa. Minn eta’ żgħira, Simone kienet taf is-sofferenza xi tfisser, iżda kompliet tiġġieled u qatt ma qatgħet qalbha.

Armata b’qalb tiddi u tbissima radjanti, kienet tinsisti sabiex nilħqu lil dawk li għaddejjin minn kriżi – kemm fiżika u anka psikoloġija. Nista’ niftakar okkażjonijiet diversi fejn wettqet lil hinn milli hu mitlob f’xogħolha. Darba minnhom saqet it-triq kollha sal-isptar f’nofs ta’ lejl sabiex iġġib likwidi ħalli tiffriska pazjent li kien xurban. Kienet tassigura li pazjenti li għandhom ħsieb ta’ suwiċidju u li huma abbużati u miġjuba mill-pulizija lit-tim tal-kriżi huma siguri u issetiljati qabel ma titlaq, hekk kif ittihom parir ma’ ‘mochaccino’. F’okkażjoni oħra, żammet idejn mara li kienet għadha kemm ġieta imsawta, mingħajr ħajra li titlaq minn ħdejha qabel ma torqod. Il-missjoni tagħha kienet li tfejjaq. Il-‘motto’ kien li nkunu nies ta’ kompassjoni. Kienet tinsisti sabiex nakkumpanjaw dawk fil-bżonn fis-sofferenzi tagħhom.

Simone għenitni nintroduċi trattament ġdid hawn Malta li ġie milqugħ b’ħafna xettiċiżmu minn kollegi. Flimkien mal-maniġer tal-klinika, Michela Mifsud, huma waħedhom biddlu l-mod kif naraw u nittrattaw il-problemi ta’ saħħa mentali b’mod revoluzzjonarju. Dawn it-tnejn kienu invinċibbli. Ħadu ħsieb kjuwijiet bla tarf ta’ pazjenti fil-bżonn, ġieli sas-sagħtejn ta’ filgħodu, filwaqt li b’dedikazzjoni jwieġbu baraġġ ta’ mistoqsijiet assoċjati ma’ din it-teknoloġija. Simone siefret magħna Londra fejn iż-żewġ nisa ġew imħarrġa mal-pijunieri fil-qasam, sabiex kienu l-ewwel (u l-aqwa) amministraturi tat-TMS fl-Ewropa t’Isfel.

Simone laqgħet din l-isfida b’entużjażmu u għenet sabiex il-klinika tkun suċċess immedjat sal-lum il-ġurnata. Leali bħal dejjem, dejjem kienet tkun hemm għalik. Moħħha kien jixgħel bl-ideat sabiex intejbu s-servizz. Ta’ persuna li ma torqodx, kienet tibgħat ‘e-mails’ u messaġġi kompluti b’avatar, sabiex tgħin lill-oħrajn fis-skiet tal-lejl.

Kienet mara li tista’ tiddependi fuqha u persuna li verament kienet tgħin minn qalbha. It-tbissima, il-kompassjoni u l-imħabba tagħha kienu jisirqu lil dawk li kienet tintaqa’ magħhom. L-ebda pazjent qatt ħalla l-klinika mingħajr tbissima wara li jara lil Simone. Flimkien ma’ Michela, kienet taċċella sabiex tagħmel xi praspura fuq il-psikjatra. Kienet mara ta’ rispett sal-punt li kienet iġġib krema għat-tindif tas-snien, likwidu għall-ħasil tal-ħalq u fwieħa x-xogħol ħalli żgur l-imsemmi psikjatra ma jxommx lanqas traċċa ta’ nikotina li kienet tieħu b’mod entużjast – l-uniku vizzju żgħir tagħha.

Simone umbagħad mardet. Mingħajr sorpriża, affaċċjat il-kriżi tagħha b’dinjita’. Baqgħet mara ta’ kompassjoni u altruista sal-aħħar. Bierket ħafna nies bl-imħabba tagħha f’dawn l-aħħar sitt xhur, għalkemm kienet ipparalizzata miż-żaqq ‘l isfel. Il-kuraġġ li din il-mara kellha, u l-umilta’ li biha affaċċjat l-uġigħ u l-mard tagħha hi eżemplari. Hi qatt u qatt ma tilfet it-tama dwar il-biża’ li tiddiżappunta lill-familja sabiħa tagħha. Il-fiduċja tagħha f’Alla kienet liema bħalha, titlob kuljum għal dawk fil-bżonn. Kienet tinsisti li ssaqsi dwar is-saħħa tal-pazjenti tagħna qabel ma jien biss kien ikolli ċ-ċans sabiex insaqsiha dwar kif qed tħossha.

Simone kienet taf kif tħobb u kienet taf li li ssofri għall-oħrajn hi l-iktar forma nobbli ta’ mħabba. Hi kienet tħobb lill-familja manjifika tagħha. Kienet tadura lin-neputijiet intelliġenti tagħha u kienet nanna ta’ gost u donnha tfal, tinqaleb mal-art ma’ Sam u Kai li kienu jkunu ferħanin se jtiru kull meta n-nanna tkun id-dar. Fuq is-sodda tagħha fl-Onkoloġija, dejjem kienet tħaddan lil ‘Owli’, ġugarell artab f’forma ta’ kokka li Sabrina, oħtha ż-żgħira li ħallietna, kienet tatha. Kienet ukoll nieqsa minn missierha, raġel allegruż li ħalliena riċentament.

Ir-raġel tagħha, Ray, infermier veteran u ġentlom, id-dedikata bintha li qed tistenna tarbija, Serena, flimkien mal-fraġli ommha li tħobbha mħabba bla qies, aħwa maħbubin u qraba ma ħallewx lil Simone waħedha għal sekonda. L-imħabba u l-kura f’din il-familja hi tal-leġġendi.

Nista’ ngħid ħafna iktar dwar Simmy iżda forsi l-aqwa eloġju hi li nirringrazzjawha ta’ kemm għallmitna kif inħobbu u sabiex noffru sakemm inweġġgħu. Simmy missejt lil kulhadd b’imħabbtek u l-kumpassjoni tiegħek u hi impossibbli li ninsewk. Simone grazzi talli urejtna x’inhu dak li jgħodd fil-ħajja u sabiex dejjem nemmnu li hemm it-tajjeb f’kull wieħed u waħda minna.

Mogħtija l-kummenti virtwali u t-telefonati li kienu innumerabbli, il-pazjenti huma kemm maħsuda u grati. Huma mberkin dawk li saru jafuk, bħalna. Kien unur tiegħi li naħdem miegħek u nsir nafek. Simone, sa ma nerġgħu niltaqgħu, kompli ggwidana sabiex ngħinu lin-nies iħossuhom aħjar, hekk kif kont tagħmel inti. Inħobbuk għal dejjem Simmy – ċajtiera u kollox, kif inti. Saħħiet għalissa Simmy. Narawk iktar ‘il quddiem.

Dr. Mark Xuereb