F’tmsmalta.com, li tidħol għaliha minn https://tmsmalta.com, waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħna hi l-privatezza ta’ dawk li jiġu għandna. Dad-dokument tal-Policy ta’ Privatezza fih tipi ta’ tagħrif li niġbruhom u nirrekordjawhom aħna f’tmsmalta.com u kif nagħmlu użu minnu.

Jekk għandek iktar mistoqsijiet jew teħtieġ iktar tagħrif dwar il-Policy ta’ Privatezza tagħna, tiddejjaqx tagħmel kuntatt magħna.

Files bl-informazzjoni

tmsmalta.com issegwi proċeduri standard biex tagħmel użu minn files bl-informazzjoni. F’dawn il-files indaħħlu l-informazzjoni ta’ dawk li jżuruna fuq il-websites tagħna. Il-kumpaniji kollha li jilqgħu n-nies għandhom jagħmlu hekk bħala parti mis-servizzi tagħhom. L-informazzjoni li niġbru f’dawn il-files tinkludi l-indirizz IP, liema browser ikun intuża, min ikun qed jagħti s-servizz tal-internet, id-data u l-ħin, il-paġni ta’ referenza, u possibbilment kemm il-klikk tkun saret. Dawn m’huma mqabbdin mal-ebda informazzjoni illi tkun tista’ tidentifika l-persuna. L-iskop tal informazzjoni hu biex nanalizzaw trends, namministraw is-sit, insegwu l-movimenti tal-persuna fuq is-sit, u niġbru informazzjoni demografika.

Cookies u Web Beacons

Bħal kull website ieħor, tmsmalta.com tuża l-cookies. Dawn il-cookies jintużaw biex jaħżnu l-informazzjoni inklużi l-preferenzi ta’ dawk li jiġu jżuruna, u l-paġni fuq il-website li fihom ikun daħal min jiġi jżurna. L-informazzjoni tintuża biex l-esperjenza ta’ min ikun qed juża tkun l-aqwa billi nibdlu l-kontenut fil-paġna tagħna bbażat fuq it-tip ta’ browser u/jew xi informazzjoni oħra.

Policies ta’ Privatezza

Tista’ tfittex f’din il-lista biex issib il-Policy ta’ Privatezza ta’ kull wieħed mill-imsieħba li jirreklamaw f’tmsmalta.com. Il-Policy ta’ Privatezza tagħna nbdiet bl-għajnuna tal-Privacy Policy Generator u l-Privacy Policy Generator Online.

Terzi li jagħmlu r-reklami jew huma networks ta’ reklami li jużaw it-teknoloġiji bħalma huma l-cookies, JavaScript, jew Web Beacons illi huma wżati fir-reklami rispettivi tagħhom u links li jidhru fuq tmsmalta.com, li jintbagħtu direttament fil-browser ta’min ikun ġie jżurna. Awtomatikament jirċievu l-indirizz IP tiegħek meta dan iseħħ. Dawn it-teknoloġiji huma wżati biex ikejlu kemm ikunu effettivi l-kampanji ta’ reklamar u/jew biex jippersonalizzaw il-kontenut ta’ reklamar illi jidher fuq il-website li tidħol fih.

Innota li tmsmalta.com m’għandha l-ebda aċċess lanqas kontroll fuq dawn il-cookies illi huma wżati minn terzi li jagħmlu r-reklami.

Policies ta’ Privatezza ta’ Terzi

Il-Policy ta’ Privatezza ta’ tmsmalta.com m’għandhiex x’taqsam ma’ oħrajn li jirreklamaw jew ma’ xi websites. Għalhekk, qegħdin inwissukom sabiex tikkonsultaw il-Policies ta’ Privatezza rispettivi ta’ dawn it-terzi li jagħmlu r-reklami għal iktar informazzjoni ddettaljata. Jistgħu jkunu inkludew il-prattiċi u l-istruzzjonijiet tagħhom għal kif toħroġ minn ċerti għazliet. Tista’ ssib lista kompluta ta’ dawn il-Policies ta’ Privatezza u l-links tagħhom hawnhekk:

Tista’ tagħzel biex tneħħi il-cookies mill-browser individwali tiegħek. Biex ikollok iktar informazzjoni ddetaljata dwar l-immaniġġjar tal-cookies b’web browsers speċifiċi, tista’ ssibhom fil-browsers rispettivi tal-websites. X’Inhuma Cookies?

Informazzjoni Dwar it-Tfal

Prijorità oħra tagħna hi li nżidu l-protezzjoni għat-tfal waqt l-użu tal-internet. Ninkoraġġixxu lill-ġenituri u lil dawk li għandhom il-kustodja tat-tfal biex josservaw, jipparteċipaw, u/jew iħarsu u jiggwidaw l-attività tagħhom online.

Sa fejn nafu aħna, tmsmalta.com ma tiġbor l-ebda informazzjoni li tista’ tidentifika l-persuna mingħand it-tfal taħt l-età ta’ 13-il sena. Jekk taħseb li t-tifel/tifla tiegħek ta/t xi informazzjoni fil-website tagħna, aħna b’saħħa ninkorraġġuk biex tagħmel kuntatt magħna minnufih u aħna nagħmlu ħilitna biex mill-ewwel nneħħu tali informazzjoni mir-records tagħna.

Policy ta’ Privatezza Online biss

Dil-Policy ta’ Privatezza tapplika biss għall-attivitajiet tagħna online u hi valida għal dawk li jżuruna fuq il-website minħabba l-informazzjoni li jkunu tawna u/jew li tkun inġabret f’tmsmalta.com. Dil-policy ma tapplikax għal xi informazzjoni li tkun inġabret offline jew minn xi kanal ieħor li mhux minn dal-website.

Kunsens

Meta tuża l-website tagħna tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek għall-Policy ta’ Privatezza tagħna u tkun qed taqbel mat-termini u l-kondizzjonijiet tagħha.