Testimonjanzi

Ara kif il-pazjenti ta’ TMS ġa bbenefikaw

“Meta Dr. Xuereb offrielna li nippruvaw it-TMS għal ommi aħna konna nafu illi setgħet tagħtina jew setgħet ma tagħtiniex ir-riżultat li xtaqna. Irranġajna għal total ta’ 30 sessjoni u issa wara 20 sessjoni nistgħu naraw lil ommi lura mill-istat ta’ depressjoni li kienet fih. Il-ħerqa li kellha għall-ħajja ġejja lura u għandi nikkjarifika matul iż-żmien kollu tat-trattament tat-TMS qatt ma bdilnielha l-mediċina li hi kienet ġa tieħu u li mid-dehra ma tantx kienet qed tgħinha u għalhekk ninstab ċerta li kienet t-TMS li ħadmet fuqha. Grazzi Mark, qed tagħmel il-ħajja tan-nies tant aħjar bl-inizjattiva tiegħek.”

– Lettur ta’ 50 sena minn Tas-Sliema

“Kieku nista’ nagħti iktar minn 5 stilel nagħmilha. Meta Mark issuġġerieli li nipprova dit-terapija fil-bidu tas-sena l-oħra, kont xi ftit xettiku, imma hu assigurani illi ma kienx hemm uġigħ u mediċini, u jien tajtu l-fiduċja tiegħi. Nirringrazzja ’l Alla li afdajtu.

Propju s-sena l-oħra kont f’depressjoni tant qawwija li bilkemm kont nieħu ħsieb tiegħi nnifsi… Bilkemm kont niekol, qatt ma mxatt xagħri u lanqas ħsilt snieni, u kont nirrifjuta li nqum mis-sodda. Issa jkolli seba’ mitt sena nqum mis-sodda filgħodu.

Issa jien stess nagħmel kampanji fuq is-saħħa mentali u allura minħabba f’hekk attendejt bosta laqgħat. Inħeġġeġ lill-oħrajn biex jitkellmu dwar il-problemi tagħhom fis-saħħa mentali biex ikollhom it-tieni ċans fil-ħajja billi jippruvaw l-rTMS. Grazzi li tajthuli t-tieni ċans, Dr Mark!!!”

– Accountant ta’ 34 sena mill-Bidnija

“Kieku nista’ nagħti l-istilel kollha fis-sema nagħtihom. Kont ilni nbati mill-PTSD minħabba f’ħafna ġrajjiet trawmatiċi f’ħajti. Biex insemmi xi ftit, ħatfuli 4 ulied bniet, domt 24 sena nissara għall-għaqda, il-mewt ta’ missieri, it-taqbida biex insalva lil uliedi fil-gwerra tal-Libja. Imbagħad il-mewt orribbli ta’ binti ż-żgħira u t-tarbija tagħha. Imbagħad bdejt nikteb ktieb fit-tama li kien se jkun t’għajnuna biex nimxi ’l quddiem. Xejn! Imbagħad beda l-bulldozer! Dan hu l-mod waħdieni li bih nista’ niddeskrivih. Irrealizzajt li kont biss qed neżisti fil-ħajja. Imbagħad Mark introduċieni għat-TMS u wow! Bil-kura ta’ fiduċja ma’ Mark u n-natural ta’ merħba tiegħu megħlub mill-emozzjoni inħabbar li issa nħossni mill-ġdid salv u sigur. Il-ġranet tiegħi reġgħu ħadu tifsira u l-iljieli huma paċifiċi. Reġa’ għandi l-ħsus li nħossu nhar ta’ Ħadd, inħossni kuntent, eċċitat u nħares ’l quddiem għal li ġej. X’nista’ ngħid iżjed? Se nkun għal dejjem grat lejn Mark u t-TMS. Grazzi ħafna u ħafna. Alla jbierek lil Mark u grazzi Mulej għat-TMS.”

– Infermier ta’ 59 sena mill-Iklin

“Kont ili nbati bid-depressjoni għal snin sħaħ u l-ebda mediċina kontra d-depressjoni ma kienet tidher li qed tgħinni. It-tobba kienu jgħiduli li jkolli nara kif nagħmel u nitgħallem ngħix biha. Eżatt malli kont se nċedi t-tamiet tiegħi kollha li xi darba kont se nerġa’ nkun ferħan, Dr. Mark Xuereb issuġġerieli li nagħmel it-trattament TMS mat-tim tiegħu li jagħti kura tal-għaġeb bl-imħabba. Wara sessjoni waħda bdejt inħossni tajjeb u wara li lestejt għaxar sessjonijiet, erġajt lura għall-persuna ferħana li kont imma li ma kinetx għadha teżisti fiha. Tassew nirrakkomandah għaliex hu miraklu u toqogħdux lura biex tfittxu l-għajnuna! M’intomx waħedkom!! Grazzi Dr Mark, Simone u Michela, intom lili tajtuni ħajti lura XXXXX”

– Analista f’laboratorju ta’ 44 sena mill-Mellieħa

“Jekk hemm 10 stilel żgur li dawk nagħżel! Dat-trattament jibdel il-ħajja. Kont ilni nbati minn attakki tal-paniku u l-ansjetà għal xhur sħaħ u dan bidilni qatigħ għall-aħjar. Dr. Mark li għalih nista’ ngħid li hu konsulent psikjatriku ideali rreferieni għat-TMS u kulma nista’ ngħid hu wow! Wara biss xi ftit sessjonijiet, il-burdata tiegħi nbidlet u l-ansjetà ttaffiet. Tibżgħux t-TMS mhux invażiv. Kulma nista’ ngħid hu grazzi, grazzi u grazzi!”

– Beautician ta’ 29 sena mill-Għarb, Gozo

“Kont ilni nbati minn uġigħat ta’ ras akuti għal dawn l-aħħar tliet snin. Għamilt kemm hemm check-ups, ħadt mediċina u mort l-Ingilterra għand speċjalista. B’xorti ħażina l-uġigħ f’rasi baqa’ jippersisti billejl u binhar, kien iħallini kkondizzjonat b’din is-sitwazzjoni.

Smajt dwar it-TMS u mort għal konsulta għand Dr Xuereb u ssuġġerieli nibda t-trattament. Minn dak iż-żmien ma batejtx iktar b’uġigħ ta’ ras. Grazzi għall-għajnuna tagħkom.”

– Salesman ta’ 38 sena minn Wied il-Għajn

“TMS hi tabilħaqq l-aħjar soluzzjoni għal tali problemi l-iktar għad-depressjoni u l-uġigħat ta’ ras. Prosit Dr. Mark Xuereb u Michela. Intom qed tgħinu lin-nies jgħixu mingħajr ħsibijiet u tbatija. Nerga’ ngħidilkom grazzi. It-TMS tassew jaħdem.”

– Bennej ta’ 21 sena mill-Belt Valletta

“Grazzi kbira u kbira lil Dr. Mark Xuereb li introduċieni mat-TMS. Tassew għeni u kkurani mill-ansjetà u l-attakki ta’ paniku ta’ kuljum. Grazzi lil Michela għas-sessjoni magħha.”

– Student tal-MCAST ta’ 19-il sena minn Raħal Ġdid

“Grazzi għal Dr. Mark u t-tim li hu professjonali. Jien nista’ ngħid li erġajt ġejt it-tfajla li kont qabel dejjem ferħana u ma jonqosni xejn. Nammetti li kelli nistenna ż-żmien biex nara r-riżultat imma ma jiddispjaċini xejn! Bl-għajnuna t’Alla u ta’ dawn in-nies taslu taqtgħu qalbkom qatt. Żommu sodi u b’tama qawwija. Alla jberikkom ilkom”

– Għalliema ta’ 24 sena mix-Xlendi

“Flimkien ma’ fatturi oħra bħalma huma bidliet fid-dieta nħoss li t-trattament għeni bil-goff fl-ansjetà u d-depressjoni li kelli. L-istaff hu wkoll kompetenti u mħarreġ fid-doveri tiegħu.”

– Negozjant irtirat ta’ 74 sena mill-Mosta

“Wara stimulazzjoni TMS Thetaburst, inħossni erġajt akkwistajt l-enerġija lli kelli qabel ma mietu l-ġenituri tiegħi 15-il sena ilu. Ukoll, ir-relazzjoni ma’ ibni hi ħafna aħjar mindu sirt iktar kalm u iktar iffokat. Qed inwettaq xogħli ħafna aħjar, u anki rnexxieli ma nibqax inpejjep.”

– Assistent f’ħanut ta’ 37 sena mill-Isla

“Bit-thetaburst TMS verament imxejt ‘il quddiem. Xoghol li jisthoqqlu tifhir ghax inhossni tajjeb hafna”

– Librar ta’ 60 sena mill-Gżira

“It-TMS qed taħdem. Qed tibdilli ħajti. Qed tibdel ħajjet uliedi u żewġi. Inħoss li għandi t-tieni ċans ta’ ħajti.”

– Artista ta’ 41 sena minn Ħaż-Żebbuġ

“Inħoss moħħi tbattal mill-ħsibiejiet esaġerati li kien ikolli u issa jien nista nistrieħ u nkompli b’ħajti.”

– Nanna ta’ 5 minn Ħaż-Żabbar

“Fil-passat kont attiv ħafna imma hekk kif għadda ż-żmien u r-responsabbiltajiet tax-xogħol u l-familja żdiedu, iktar sirt anzjuż. B’TMS inħossni li ergajt jien.”

– Skrivan ta’ 56 sena minn Birkirkara

“Bit-TMS inħoss illi nista’ niffaċċja l-isfidi mingħajr biża’ u ansjetà. Nirrakkomandaha bis-sħiħ.”

– Mara tad-dar u omm ta’ 36 sena miż-Żejtun

“Naf li nista’ ndur fuq it-TMS meta ħajti tieħu daqqa għan-negattiv.”

– Inġinier ta’ 38 sena minn Ħal Balzan

“It-TMS bidlitli ħajti kollha, ma kontx inkun hawn illum li kieku ma kienx għat-TMS.”

– Tabib ta’ 40 sena mis-Swieqi

“Wara 3 sessjonijiet biss, m’għadniex megħlub mill-ħsibijiet imħawda li kien ikolli.”

– Bejjiegħ tal-fjuri ta’ 27 sena mill-Baħrija